Dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra u kwart (1015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 21 sena residenti l-Floriana.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Żammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.