Spezzjonijiet rigward immigrazzjoni

Numru ta' Referenza: PR_536_123, Data ta' l-Istqarrija : Set 03, 2023
 
Kmieni dalgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew iwettqu spezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari.
Matul dawn l-ispezzjonijiet fil-Ħamrun u Santa Venera l-Pulizija żammew 23 persuna biex immedjatament jinbeda l-proċess ta’ ritorn tagħhom.
Il-persuni ttieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni, fejn qed jinżammu flimkien ma’ persuna oħra li nstabu f’dawn l-aħħar jiem.​