Raġel iweġġa’ serjament wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_525_23, Data ta' l-Istqarrija : Aww 31, 2023
 
Raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Luqa, weġġa’ wara li aċċidentalment waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal ġo bitħa ta’ residenza oħra.

L-inċident seħħ għal xi s-sitta u kwart ta’ dalgħodu (0615hrs), fi Triq San Ġorġ, Ħal Luqa.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.