Raġel ta’ 73 sena residenti l-Marsa, għal xi d-disgħa tal-bieraħ filgħaxija (2100hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Patri Magri, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.