Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija (2200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien qam argument bejn numru ta’ żgħażagħ u fih allegatament, ġew aggrediti erba’ minuri. L-allegati aggressuri ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku fejn żagħżugħ ta’ 15-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
It-tlieta l-oħra ngħataw il-kura f’Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.