Illum, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu (1015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Brared, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Balzan, kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’gallarija u waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.