Raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Balzan, għal xi s-sitta ta’ filgħodu (0600hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Citroen Berlingo, misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti Ħal Qormi.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.