Illum, għal xi nofsinhar neqsin kwart (1145hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 39 sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, intlaqtet minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Għajnsielem.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.