Żagħżugħ iweġġa’ f’inċident f’Burmarrad

Numru ta' Referenza: PR_151_23, Data ta' l-Istqarrija : Mar 09, 2023
 
Illum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, Burmarrad.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Zipp VZ5 misjuq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti San Pawl il-Baħar u Nissan Juke misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar

.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni

jiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.