Inċident bil-mutur f’Tal-Pietà

Numru ta' Referenza: PR_132_23, Data ta' l-Istqarrija : Fra 28, 2023
 
Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marina, Tal-Pietà. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha, tilef il-kontroll u ħabat fil-barrikati tat-triq. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.