Raġel iweġġa’ gravi f'Tas-Sliema

Numru ta' Referenza: PR_131_23, Data ta' l-Istqarrija : Fra 28, 2023
 
Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Creche, Tas-Sliema.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari fuq saqaf tal-ħġieġ, li nkiser mal-waqgħa. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.