Żewġ persuni bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati

Numru ta' Referenza: PR_130_23, Data ta' l-Istqarrija : Fra 28, 2023
 
​Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni llum kienu involuti f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), fi Triq Mons. De Piro, il-Ħamrun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 89 sena u residenti Santa Venera, intlaqtet minn Toyota Cami, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti l-Ħamrun.

It-tieni inċident ġara għal xi l-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu (1045hrs), fi Triq ix-Xatt, il-Gżira. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel mit-Turkija kien intlaqat minn mutur Yamaha, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.