Illum, għal xi s-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santu Wistin, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta' 81 sena residenti Ħal Tarxien, intlaqtet minn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta' 25 sena residenti Ħal Tarxien ukoll, li f’dak il-ħin kienet qiegħda tirriversja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.