Inċident bil-mutur fiż-Żurrieq

Numru ta' Referenza: PR_127_23, Data ta' l-Istqarrija : Fra 28, 2023
 
Ilbieraħ, għal xi d-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija (2045hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Pakistani ta’ 30 sena u joqgħod iż-Żurrieq, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.