Raġel iweġġa’ gravi fil-Ħamrun

Numru ta' Referenza: PR_803_22, Data ta' l-Istqarrija : Nov 27, 2022
 

​Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 34 sena residenti il-Ħamrun, intlaqat minn Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Bormla.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.