Numru ta' Referenza: PR_789_22, Data ta' l-Istqarrija : Nov 21, 2022
 

Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar waqt li r-raġel imsemmi f’PR 787/22 kien qiegħed jistenna quddiem l-awla tal-Qorti sabiex jiġi mressaq quddiem il-Maġistrat, huwa ħarab ’il barra mill-binja tal-qorti.

Immedjatament bdiet tfittxija għall-akkużat, li nstab mill-Pulizija, fejn ġie arrestat u mittieħed lura l-Qorti fejn apparti l-akkużi relatati ma’ PR 787/22 huwa se jiġi akkużat li ħarab mill-kustodja tal-pulizija.