Mara titlef ħajjitha u raġel iweġġa’ gravi f’żewġ inċidenti separati

Numru ta' Referenza: PR_779_22, Data ta' l-Istqarrija : Nov 16, 2022
 
​AĠĠORNAMENT: Aktar tard, ir-raġel ġie identifikat bħala Pakistan ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar.
______________________________________________________________________________________________________________________
Mara sfortunatament tilfet ħajjitha u raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li t-tnejn li huma waqgħu minn għoli, f’inċidenti separati aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għal xi l-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Luqa. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara, ta’ 83 sena, waqgħet madwar sular fir-residenza fejn tgħix.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar (1215hrs), fi Trejqa tal-Fleur-De-Lys, Santa Venera. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa,  kien qiegħed jaħdem f’residenza u waqa’ madwar żewġ sulari. 

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti però l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post, filwaqt li r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D ġiet infurmata bl-ewwel inċident u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.