Taljan ta’ 43 sena residenti Santa Venera, għal xi s-sitta u nofs tal-bieraħ filgħaxija (1830hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħad-Dingli, u Smart, misjuqa mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.