Ħabta bejn karozza u tractor f’Għawdex

Numru ta' Referenza: PR_766_22, Data ta' l-Istqarrija : Nov 11, 2022
 
Raġel ta’ 29 sena residenti x-Xewkija, għal xi s-sebgħa ta’ filgħodu (0700hrs), ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb, l-Għarb.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Auris, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti San Lawrenz, u tractor, misjuq mill-vittma. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.