Raġel jitlef ħajtu f’Birżebbuġa

Numru ta' Referenza: PR_639_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 25, 2022
 

​Illum, għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti l-Imqabba weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart.

Tim mediku pprova jassisti l-vittma imma sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.