Inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Numru ta' Referenza: PR_637_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 25, 2022
 
Illum, għal xi t-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu (0245hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Rio, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar, u Toyota Corsa, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħal Luqa. Konsegwenza t'hekk it-Toyota nqalbet u l-vettura l-oħra spiċċat fil-ħaxix fil-ġenb tat-triq.

Flimkien maż-żagħżugħ, kien hemm ukoll żewġ passiġġiera, tfajla ta’ 17-il sena residenti l-Birgu u ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Imqabba.  

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanzi ħadu t-tliet żgħażagħ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.