Erba’ persuni jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_633_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 24, 2022
 
AĠĠORNAMENT: Aktar tard, it-tfajla miċ-Ċilì ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief. ​
______________________________________________________________________________________________________________________
Illum, għal xi s-siegħa u nofs ta’ filgħodu (0130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Madliena, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li tfajla ta’ 17-il sena li toqgħod San Pawl il-Baħar, tilfet il-kontroll tal-vettura Renault Zoe, li kienet qed issuq u ħabtet ġo ħajt.

Flimkien magħha, kien hemm ukoll tliet passiġġiera, raġel ta’ 21 sena residenti n-Naxxar, Żvizzeru ta’ 20 sena residenti s-Swieqi, u tfajla miċ-Ċilì ta’ 19-il sena residenti San Ġiljan.  

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanzi ħadu l-vittmi l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 21 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament filwaqt li l-kundizzjoni tat-tlieta l-oħra għadha pendenti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.