Inċident tat-traffiku l-Iklin

Numru ta' Referenza: PR_624_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 21, 2022
 
Raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara, għal xi l-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Tal-Balal, l-Iklin.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq mill-vittma u Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara wkoll.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.