Mara bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_614_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 16, 2022
 

Illum, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu (0745hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Pjazza Robert Sammut kantuniera ma’ Triq il-Kapuċċini, il-Furjana.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li anzjana ta’ 77 sena residenti l-Furjana ntlaqtet minn Toyota Vitz, li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta.

L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.