Raġel isofri ġrieħi gravi wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_580_22, Data ta' l-Istqarrija : Set 05, 2022
 

llum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar (1400hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Ħwawar, l-Iklin.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti l-Ħamrun kien waqa’ madwar żewġ metri waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq ċint.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.