Inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà

Numru ta' Referenza: PR_4_22, Data ta' l-Istqarrija : Jan 03, 2022
 
Illum, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu (0245hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Fiat 500 misjuqa minn Korean ta’ 40 sena residenti San Ġwann u Toyota Corolla misjuqa minn Somalu ta’ 33 sena residenti l-Fgura. Fil-Fiat kien hemm ukoll mara ta’ 30 sena mill-Islovakkja residenti San Pawl il-Baħar.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadet is-Somalu u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tas-Somalu għadhom pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.