Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_496_22, Data ta' l-Istqarrija : Aww 07, 2022
 

​Illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fix-Xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 47 sena li jgħix is-Siġġiewi kien qed isuq mutur Suzuki, tilef il-kontroll u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.