Inċident tat-traffiku ż-Żurrieq

Numru ta' Referenza: PR_493_22, Data ta' l-Istqarrija : Aww 07, 2022
 
Illum, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu (0045hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn raġel ta' 46 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti n-Naxxar. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.