Inċident bil-mutur fin-Naxxar

Numru ta' Referenza: PR_484_22, Data ta' l-Istqarrija : Aww 04, 2022
 
​Rumena ta’ 34 sena residenti l-Imqabba, għal xi s-siegħa u nofs ta’ filgħodu (0130hrs), kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Yamaha, u waqgħet.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.