Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota IQ misjuqa minn raġel ta' 25 sena residenti Tas-Sliema u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.