Raġel jinstab mejjet fis-Swieqi

Numru ta' Referenza: PR_482_22, Data ta' l-Istqarrija : Aww 03, 2022
 
AĠĠORNAMENT (1): Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel ta' 43 sena li nstab mejjet f'appartament fis-Swieqi lbieraħ wara nofsinhar.

Mill-awtopsja rriżulta li l-kadavru ma kellux sinjali ta’ vjolenza fuqu jew  sinjali li seta’ ddefenda lilu nnifsu minn xi aggressjoni. Jirrizulta li l-vittma miet kawża ta’ cardio respiratory failure.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta Magisterjali għadhom għaddejjin.

(L-aħħar aġġornament tal-Istqarrija Stampa: 4 t'Awwissu 2022)
______________________________________________________________________________________________________________________

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ raġel mejjet kmieni llum wara nofsinhar fis-Swieqi.

Kienu għall-ħabta s-siegħa neqsin kwart (1245hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq is-Sirk, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post, daħlet fir-residenza u f’waħda mill-kmamar instab raġel mitluf minn sensih. Tim mediku pprova jassisti l-vittma imma sfortunatament ir-raġel, li għandu 43 sena u huwa residenti s-Swieqi, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ, fejn f'dan l-istadju mhu qed ikun eskluż xejn. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.