Raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar, għal xi l-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu (1045hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Valletta, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kawasaki, u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.