Inċident tat-traffiku fil-Gżira

Numru ta' Referenza: PR_474_22, Data ta' l-Istqarrija : Lul 31, 2022
 
Olandiż ta’ 21 sena, għal xi s-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija (1900hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, il-Gżira.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn Sirjan ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.