Raġel ta’ 65 sena residenti l-Mosta, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Chevrolet Spark, misjuqa minn Belġjan ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa, u mutur Honda, misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.