Inċident bil-mutur l-Imqabba

Numru ta' Referenza: PR_358_22, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 21, 2022
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija (2000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fl-Imqabba. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Honda, u waqa’ iżda l-istess mutur baqa' jitkaxkar u kellu impatt ma' Ford Fiesta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.