Raġel ta’ 57 sena residenti San Ġwann, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħodu (0715hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Margaret A. Murray, in-Naxxar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall Mokka misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.