​Raġel isofri ġrieħi gravi wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_260_22, Data ta' l-Istqarrija : Mej 12, 2022
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija (1815hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Inguanez, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Tork ta’ 47 sena residenti r-Rabat, waqa’ f’pile shaft fond madwar 18-il metru.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.