Żagħżugħ isofri ġrieħi serji f’inċident bil-mutur

Numru ta' Referenza: PR_252_22, Data ta' l-Istqarrija : Mej 08, 2022
 
 
Illum, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar (1600hrs), il-Pulizija t’Għawdex ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa trakka tal-muturi li tinsab fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 14-il sena, waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur fl-istess trakka u weġġa’.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.