Raġel iweġġa’ f’razzett is-Siġġiewi

Numru ta' Referenza: PR_20_22, Data ta' l-Istqarrija : Jan 11, 2022
 

​Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni, għal xi t-tmienja u nofs ta’ filgħodu (0830hrs), iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f’razzett li jinstab fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 65 sena u residenti Santa Venera, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.