Inċident tat-traffiku r-Rabat

Numru ta' Referenza: PR_15_22, Data ta' l-Istqarrija : Jan 08, 2022
 
Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, ir-Rabat.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 25 sena residenti l-Mosta, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Volkswagen Bora, tilef il-kontroll, ħabat ma’ ċint u nqaleb.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel u żewġ passiġġieri sabiex jinħarġu mill-vettura, u tim mediku li assista lill-persuni fuq il-post. 

Ambulanza ħadet liż-żewġ passiġġieri – mara ta’ 51 sena u tfajla ta’ 18-il sena, it-tnejn residenti l-Mosta – l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.