Mara tindarab f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_822_21Woman , Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2021
 

Filippina ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, għal xi s-sitta u nofs tal-bieraħ filgħaxija (1830hrs), kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Maruti 800, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.

Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.