Żewġ persuni l-isptar wara ħabta

Numru ta' Referenza: PR_821_21, Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2021
 

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar (1630hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Luqa, kien qed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier u l-passiġġiera, mara ta’ 40 sena residenti Ħal Luqa, l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.