Serqa f’San Ġiljan

Numru ta' Referenza: PR_811_21, Data ta' l-Istqarrija : Nov 25, 2021
 
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija (2300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.