Raġel iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Numru ta' Referenza: PR_810_21, Data ta' l-Istqarrija : Nov 24, 2021
 

Bulgaru ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi, għal xi s-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident fi Triq Selmun, il-Mellieħa.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.