Raġel iweġġa’ serjament fir-Rabat

Numru ta' Referenza: PR_802_21, Data ta' l-Istqarrija : Nov 21, 2021
 

Taljan ta’ 25 sena residenti l-Gżira, għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar (1730hrs), kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq is-Saqqajja, ir-Rabat.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll, waqa’ u ħabat f’siġra.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.