Żewġt irġiel iweġġgħu wara waqgħa

Numru ta' Referenza: PR_800_21, Data ta' l-Istqarrija : Nov 20, 2021
 

​Illum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta' filgħodu (0930hrs), il-Pulizija ġiet infurmata  li kien hemm bżonn l-assistenza ġo knisja fi Triq San Pawl, ir-Rabat.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li żewġt irġiel – wieħed ta’ 61 sena residenti Ħad-Dingli u l-ieħor ta’ 57 sena residenti r-Rabat – kienu qegħdin jagħmlu xogħol t’armar meta għal xi raġuni waqgħu żewġ metri minn fuq scaffolding. 

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u r-raġel ta’ 57 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Ir-raġel ta’ 61 sena ttieħed għall-kura f’Ċentru tas-Saħħa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.