Ħaddiem iweġġa’ serjament f’Ħal Far

Numru ta' Referenza: PR_727_21, Data ta' l-Istqarrija : Ott 11, 2021
 

​Illum, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eritrean ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ wara li waqa’ xi rħam fuqu.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.