Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Numru ta' Referenza: PR_720_21, Data ta' l-Istqarrija : Ott 07, 2021
 



Illum, għal xi l-għaxra u kwart ta’ filgħodu (1015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 86 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Lija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-Mazda l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.