Tifel iweġġa’ wara attakk minn kelb

Numru ta' Referenza: PR_711_21, Data ta' l-Istqarrija : Ott 04, 2021
 

​Ilbieraħ, għal xi l-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1545hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Park tal-Familja fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li tifel ta’ 6 snin sofra ġrieħi wara li ġie attakkat u migdum minn kelb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.