Mara tweġġa’ f’incident tat-traffiku Ħal Luqa

Numru ta' Referenza: PR_684_21, Data ta' l-Istqarrija : Set 21, 2021
 
Illum, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ġdida, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Luqa tilef il-kontroll ta’ Toyota Passo u ħabat ma’ bollard. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 76 sena residenti Ħal Luqa.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.